Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 – ZZ et vs BEI

(Kawża F-61/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum skont is-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lir-rikorrenti bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif ukoll it-talba sussegwenti li tikkundanna lill-BEI għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet individwali li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikkostitwixxu l-applikazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ prestazzjonijiet;

sussidjarjament, jannulla d-deċiżjonijiet li jagħtu primjum lil żewġ rikorrenti sa fejn dawn id-deċiżjonijiet huma bi ksur tas-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet;

jikkundanna lill-konvenut għad-danni;

fin-nuqqas li l-konvenut jipproduċihom minn jeddu, abbażi tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jordna lill-konvenut jipproduċi dokumenti;

jikkundanna lil BEI għall-ispejjeż.