Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Omya vs UASI - Alpha Calcit (CALCIMATT)

(Kawża T-547/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CALCIMATT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CALCILAN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut ta' reġistrazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: F. Kuschmirek u V. Dalichau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Botis, sussegwentement R. Manea, u fl-aħħar G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hauck, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Settembru 2010 (Każ R 1370/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH u Omya AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Omya AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011