Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Nordmilch vs UASI - Lactimilk (MILRAM)

(Kawża T-546/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MILRAM - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nordmilch AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lactimilk, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Settembru 2010 (Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Lactimilk SA u Nordmilch AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nordmilch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.