Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 - Formula One Licensing vs UASI - Racing - Live (F1 - Live)

(Kawża T-10/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentant: B. Klingberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Racing - Live SA (Montpellier, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonu tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 7/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "F1 - Live", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 732 134 tat-trade mark verbali "F1" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41; Reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30 007 412 tat-trade mark verbali "F1" għal servizzi fil-klassi 41; Reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit Nru 2 277 746 D tat-trade mark verbali "F1" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 38; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 631 531 tat-trade mark figurattiva "F1 Formula 1" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41; trade marks oħra bħal "F1 Racing Simulation", "F1 Pole Position" u "F1 Pit Stop Café"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ċaħda tal-oppożizzjoni u tħalli l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tkompli

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa ħażin li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonstata li l-użu tat-trade mark Komunitarja kkonċernata jista' jieħu vantaġġ inġust mit-trade marks preċedenti tar-rikorrenti, u jkun ta' dannu għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tagħhom.

____________