Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2012 - Cortés del Valle López vs UASI (¡Que buenu ye! HIJOPUTA)

(Kawża T-417/10) 

["Trade mark Komuniatarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komuniatarja figurattiva ¡Que buenu ye! HIJOPUTA - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Federico Cortés del Valle López (Maliaño, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2010 (Każ R 175/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattiv ¡Que buenu ye! HIJOPUTA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

F. Cortés del Valle López huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.