Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, 262/13, 263/13, 264/13, 265/13, 266/13, sabiex jitfasslu listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża, Slovena, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2013 Nru C 199 A;tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-275/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni.