Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 – Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs vs UASI - IIC (NORTHWOOD)

(Kawża T-509/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs GmbH (Euskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IIC – Intersport International Corp. GmbH (Bern, l-Isvizzera)

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-4 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2211/2012-2) b’mod li l-oppożizzjoni B17963622 tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tikkundanna lill-konvenuta fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż esposti tul dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NORTHWOOD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 20, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 412 776

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: IIC – Intersport International Corp. GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali bi protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-trade mark “NORTHBROOK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 20, 22, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009