Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 – Il-Gvern tal-Malasja vs UASI –Vergamini (HALAL MALAYSIA)

(Kawża T-508/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gvern tal-Malasja (Putrajaya, il-Malasja) (rappreżentanti: R. Volterra, Solicitor, R. Miller, Barrister, V. von Bomhard u T. Heitmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paola Vergamini (Castelnuovo di Garfagnana, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 326/2012-1; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tingħaqad bħala intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “HALAL MALAYSIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 18, 25, 29, 30, 31, 32 u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 169 343

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li fiha l-elementi verbali “HALAL MALAYSIA”, li hija magħrufa sew fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u għall-fini tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, trade mark figurattiva mhux irreġistrata fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.