Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2012 - Pensa Pharma vs UASI - Ferring u Farmaceutisk Lab Ferring (pensa)

(Kawża T-546/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pensa Pharma, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz u M. González Gordon, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Farmaceutisk Lab Ferring A/S (Vanlose, id-Danimarka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 1884/2011-5; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll dawk sostnuti fl-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "pensa", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4963542

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talbiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienu bbażati fuq motivi previsti fl-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikoli 8(1)(b), 8(5) u 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 377513 tat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi kollha, milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    Ksur tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

-    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________