Language of document : ECLI:EU:T:2013:607





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2013 — Mory et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑545/12)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ posta tradizzjonali u espressi — Deċiżjoni li l-obbligu ta’ rkupru ma jiġix estiż għax-xerrejja potenzjali tal-benefiċjarju li jinsab fi stat ta’ amministrazzjoni kkontrollata — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors dirett kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-modalitajiet ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli — Rikors ippreżentat minn kompetituri tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna, imqiegħda fi stralċ ġudizzjarju — Sempliċi parteċipazzjoni fil-proċedura amministrattiva insuffiċjenti biex fiha nnifisha toħloq interess ġuridiku — Assenza ta’ theddida sostanzjali għall-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq — Sitwazzjoni ġuridika futura u inċerta — Annullament eventwali mingħajr rabta ma’ rikors għad-danni quddiem il-qrati nazzjonali — Natura ipotetika ta’ rikors għad-danni quddiem il-qorti tal-Unjoni — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/99, Artikolu 14) (ara l-punti 26-34, 37, 47-50, 53, 59)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2401 finali, tal-4 ta’ April 2012, dwar it-teħid tal-attiv tal-grupp Sernam fil-kuntest tal-amministrazzjoni kkontrollata tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża u ta’ Calberson.

3)

Mory SA, Mory Team u Superga Invest għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Franċiża u Calberson, intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.