Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2010 - Grupo Osborne vs UASI - Confecciones Sanfertús (TORO)

(Kawża T-165/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, agent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Confecciones Sanfertús, SL (Graus, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Jannar 2010 (Każ R 638/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Confecciones Sanfertús, SL u Grupo Osborne, SA.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.