Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Cocco vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/13) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patricia Cocco (Hunting, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-ċaħda mill-Kummissjoni tat-talba għal reklutaġġ tar-rikorrenti mressqa mill-OIL

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 April 2012, li tiċħad li tirrekluta lil Patricia Cocco bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Patricia Cocco.