Language of document : ECLI:EU:T:2005:109

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (it-Tielet Awla)

17 ta' Marzu 2005 (*)

"Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati - Għajnuna għal produzzjoni tal-prodotti ipproċessati tat-tadam - Metodu ta' kalkolu għall-ammonti ta' l-ispejjeż - Sena tal-marketing 2000/2001"

Fil-kawża T - 285/03

Agraz, SA, stabbilita f'Madrid (Spanja),

Agrícola Conservera de Malpica, SA, stabbilita f'Tolède (Spanja),

Agridoro Soc. coop. rl, stabbilita f'Pontenure (l-Italja),

Alfonso Sellitto SpA, stabbilita f'Mercato S. Severino (l-Italja),

Alimentos Españoles, Alsat, SL, stabbilita f'Don Benito, Badajoz (Spanja),

AR Industrie Alimentari SpA, stabbilita f'Angri (l-Italja),

Argo Food - Packaging & Innovation Co. SA, stabbilita f'Serres (il-Greċja),

Asteris Industrial Commercial SA, stabbilita f'Ateni (il-Greċja),

Attianese Srl, stabbilita f'Nocera Superiore (l-Italja),

Audecoop distillerie Arzens - Techniques séparatives (AUDIA), stabbilita f'Montréal (Franza),

Benincasa Srl, stabbilita f'Angri,

Boschi Luigi & Figli SpA, stabbilita f'Fontanellato (l-Italja),

CAS SpA, stabbilita f'Castagnaro (l-Italja),

Calispa SpA, stabbilita f'Castel San Giorgio (l-Italja),

Campil - Agro Industrial do Campo do Tejo, Lda, stabbilita f'Cartaxo (il-Portugall),

Campoverde Srl, stabbilita f'Carinola (l-Italja),

Carlo Manzella & C. Sas, stabbilita f'Castel San Giovanni (l-Italja),

Carmine Tagliamonte & C. Srl, stabbilita f'Sant'Egidio del Monte Albino (l-Italja),

Carnes y Conservas Españolas, SA, stabbilita f'Mérida (Spanja),

Cbcotti Srl, stabbilita f'Nocera Inferiore (l-Italja),

Cirio del Monte Italia SpA, stabbilita f'Ruma (l-Italja),

Consorzio Ortofrutticoli Trasformati Polesano (Cotrapo) Soc. coop. rl, stabbilita fi Fiesso Umbertiano (l-Italja),

Columbus Srl, stabbilita f'Parma (l-Italja),

Compal - Companhia produtora de Conservas Alimentares, SA, stabbilita f'Almeirim (il-Portugall),

Conditalia Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

Conservas El Cidacos, SA, stabbilita f'Autol (Spanja),

Conservas Elagón, SA, stabbilita f'Coria (Spanja),

Conservas Martinete, SA, stabbilita f'Puebla de la Calzada (Spanja),

Conservas Vegetales de Extremadura, SA, stabbilita f'Bajadoz,

Conserve Italia Soc. coop. rl, stabbilita f'San Lazzaro di Savena (l-Italja),

ConservesFranzaSA, stabbilita f'Nîmes (Franza),

Conserves Guintrand SA, stabbilita f'Carpentras (Franza),

Conservificio Cooperativo Valbiferno Soc. coop. rl, stabbilita f'Guglionesi (l-Italja),

Consorzio Casalasco del Pomodoro Soc. coop. rl, stabbilita f'Rivarolo del Re ed Uniti (l-Italja),

Consorzio Padano Ortofrutticolo (Copador) Soc. coop. rl, stabbilita f'Collecchio (l-Italja),

Copais Food and Beverage Company SA, stabbilita f'Nea Ionia (il-Greċja),

Tin Industry D. Nomikos SA, stabbilita f'Marousi (il-Greċja),

Davia Srl, stabbilita fi Gragnano (l-Italja),

De Clemente Conserve Srl, stabbilita f'Fisciano (l-Italja),

DE. CON Srl, stabbilita fi Scafati (l-Italja),

Desco SpA, stabbilita f'Terracina (l-Italja),

"Di Lallo" - Di Teodoro di Lallo & C. Snc, stabbilita fi Scafati,

Di Leo Nobile - SpA Industria Conserve Alimentari, stabbilita f'Castel San Giorgio,

Marotta Emilio, stabbilita f'Sant'Antonio Abate (l-Italja),

E. & O. von Felten SpA, stabbilita f'Fontanini (l-Italja),

Egacoop, S. Coop., Lda, stabbilita f'Andosilla (Spanja),

Elais SA, stabbilita f'Ateni,

Emiliana Conserve Srl, stabbilita f'Busseto (l-Italja),

Perano Enrico & Figli Spa, stabbilita f'San Valentino Torio (l-Italja),

FIT - Fomento da Indústria do Tomate, SA, stabbilita f'Águas de Moura (il-Portugall),

Faiella & C. Srl, stabbilita f'i Scafati,

"Feger" di Gerardo Ferraioli SpA, stabbilita f'Angri,

Fratelli D'Acunzi Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

Fratelli Longobardi Srl, stabbilita fi Scafati,

Fruttagel Soc. coop. rl, stabbilita f'Alfonsine (l-Italja),

G3 Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

Giaguaro SpA, stabbilita f'Sarno (l-Italja),

Giulio Franzese Srl, stabbilita f'Carbonara di Nola (l-Italja),

Greci Geremia & Figli SpA, stabbilita f'Parma,

Greci - Industria Alimentare SpA, stabbilita f'Parma,

Greek Canning Co. SA Kyknos, stabbilita f'Nauplie (il-Greċja),

Grli Paolo & Figli - Sas di Grli Enzo e Togni Selvino, stabbilita f'Gambettola (l-Italja),

Heinz Iberica, SA, stabbilita f'Alfaro (Spanja),

IAN - Industrias Alimentarias de Navarra,SA, stabbilita f'Vilafranca (Spanja),

Industria Conserve Alimentari Aniello Longobardi - Di Gaetano, Enrico & Carlo Longobardi Srl, stabbilita fi Scafati,

Industrias de Alimentação Idal, Lda, stabbilita f'Benavente (il-Portugall),

Industrias y Promociones Alimentícias, SA, stabbilita f'Miajadas (Spanja),

Industrie Rolli Alimentari SpA, stabbilita f'Roseto degli Abruzzi (l-Italja),

Italagro - Indústria de Transformação de Produtos Alimentares, SA, stabbilita f'Castanheira do Ribatejo (il-Portugall),

La Cesenate Conserve Alimentari SpA, stabbilita f'Cesena (l-Italja),

La Dispensa di Campagna Srl, stabbilita f'Castagneto Carducei (l-Italja),

La Doria SpA, stabbilita f'Angri,

La Dorotea di Giuseppe Alfano & C. Srl, stabbilita f'Sant'Antonio Abate,

La Regina del Pomodoro Srl, stabbilita f'Sant'Egidio del Monte Albino,

"La Regina di San Marzano" di Antonio, Felice e Luigi Romano Snc, stabbilita fi Scafati,

La Rosina Srl, stabbilita f'Angri,

Le Quattro Stelle Srl, stabbilita f'Angri,

Lodato Gennaro & C. SpA, stabbilita f'Castel San Giorgio,

Louis Martin production SAS, stabbilita f'Monteux (Franza),

Menú Srl, stabbilita f'Medolla (l-Italja),

Mutti SpA, stabbilita f'Montechiarugolo (l-Italja),

National Conserve Srl, stabbilita f'Sant'Egidio del Monte Albino,

Nestlé España, SA, stabbilita f'Miajadas,

Nuova Agricast Srl, stabbilita f'Verignola (l-Italja),

Pancrazio SpA, stabbilita f'Cava De'Tirreni (l-Italja),

Pecos SpA, stabbilita f'Castel San Giorgio,

Pelati Sud di De Stefano Catello Sas, stabbilita f'Sant'Antonio Abate,

Pomagro Srl, stabbilita f'Fisciano,

Pomilia Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

Prodakta SA, stabbilita f'Ateni,

Raffaele Viscardi Srl, stabbilita fi Scafati,

Rispoli Luigi & C. Srl, stabbilita f'Altavilla Silentina (l-Italja),

Rodolfi Mansueto SpA, stabbilita f'Collecchio,

Riberal de Navarra S. en C., stabbilita f'Castejon (Spanja),

Salvati Mario & C. SpA, stabbilita f'Mercato San Severino,

Saviano Pasquale Srl, stabbilita f'San Valentino Torio,

Sefa Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

Serraiki Konservopia Oporokipeftikon Serko SA, stabbilita f'Serres,

Sevath SA, stabbilita f'Xanthi (il-Greċja),

Silaro Conserve Srl, stabbilita f'Nocera Superiore,

ARP - Agricoltori Riuniti Piacentini Soc. coop. rl, stabbilita f'Gariga di Podenzano (l-Italja),

Société coopérative agricole de transformations u de ventes (SCATV), stabbilita f'Camaret-sur-Aigues (Franza),

Sociedade de Industrialização de Produtos Agrícolas - Sopragol, SA, stabbilita f'Mora (il-Portugall),

Spineta SpA, stabbilita f'Pontecagnano Faiano (l-Italja),

Star Stabilimento Alimentare SpA, stabbilita f'Agrate Brianza (l-Italja),

Steriltom Aseptic - System Srl, stabbilita fi Piacenza (l-Italja),

Sugal Alimentos, SA, stabbilita f'Azambuja (il-Portugall),

Sutol - Indústrias Alimentares,  Lda, stabbilita f'Alcácer do Sal (il-Portugall),

Tomsil - Sociedade Industrial de Concentrado de Tomate, SA, stabbilita f'Ferreira do Alentejo (il-Portugall),

Transformaciones Agrícolas de Badajoz, SA, stabbilita f'Villanueva de la Serena (Spanja),

Zanae - Nicoglou levures de boulangerie industrie commerce alimentaire SA, stabbilita f'Tessaloniki (il-Greċja),

rikorrenti,

irrappreżentati minn J. da Cruz Vilaça, R. Oliveira, M. Melícias u D. Choussy, Avukati,

vs

il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn M. Nolin, bħala aġent, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta,

li għandha bħala suġġett rikors għad-danni intiż sabiex jikkumpensa d-dannu li r-rikorrenti batew minħabba l-metodu adottat għall-kalkolu ta' l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1519/2000 tal- Kummissjoni, tat-12 ta' Lulju 2000, li jistabbilixxi, għas-sena tal-marketing 2000/2001, il-prezz minimu u l-ammont ta' l-għajnuna għal prodotti tat-tadam ipproċessat (ĠU L 174, p. 29),

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla),

komposta minn J. Azizi, President, F. Dehousse u E. Cremona, Imħallfin,

Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-proċedura bil-miktub ta' l-Imħallef Relatur, u wara s-seduta tat- 8 ta' Settembru 2004,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Kuntest ġuridiku

1       L-Artikolu 33 (1), KE jistabilixxi :

"L-iskop tal-politika agrikola komuni għandu jkun:

a)      li tkabbar il-produzzjoni agrikola bli jippromwovi progress tekniku u bli jassigura l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni agrikola u l-aħjar utiliżżazzjoni  possibbli tal-fatturi ta’ produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,

b)      li tassigura b’dan il-mod livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola, partikolarment bli jkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura,

c)      li tagħmel is-swieq stabbli,

d)      li tiggarantixxi id-disponibilita' tal-provvisti,

e)      li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur."

2       L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 297, p. 29, iktar 'l quddiem "regolament ta' bażi") jistabbilixxi, fit-taqsima applikabbli għal kawża preżenti:

"1. Sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għandha tkun tapplika għall-prodotti elenkati fl-Anness I miksuba mill-frott u l-ħxejjex maħsuda fil-Komunità.

2. Għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata lill-proċessuri li jkunu ħallsu lill-produtturi għall-materja prima tagħhom prezz li ma kienx anqas mill-prezz minimu skond kuntratti bejn, min-naħa ’l waħda, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li għandhom l-għarfien jew awtorizzati provviżorjament skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96, u l-proċessuri fuq in-naħa l-oħra (...) "

3       L-Artikolu 4 tar-Regolament ta' bażi jippreċiża, fit-taqsima tiegħu applikabbli għal-kawża preżenti :

"1. L-għajnuna għall-produzzjoni tista’ ma teċċedix id-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi prinċipali li jipproduċu u jesportaw.

2. L-ammont ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni għandu jkun hekk iffissat li jkun jippermetti li l-prodott tal-Komunità jkun jista’ jiġi disponut fil-limitu mniżżel fil-paragrafu 1. Fl-għarfien ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5, għandu jittieħed kont b’mod partikolari ta’:

a) id-differenza bejn il-prezz tal-materja prima fil-Komunità u dak miksub fil-pajjiżi prinċipali li jikkompetu;

b) l-ammont ta’ l-għajnuna ffissat jew ikkalkolat qabel it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 10, fejn japplika, għas-sena tal-marketing ta’ qabel;

u

c) meta l-produzzjoni tal-Komunità ta' prodott tkun tagħti kont għal sehem sostanzjali tas-suq, xejriet fil-volum tal-kummerċ barra l-pajjiż u l-prezzijiet miksuba f'dak il-kummerċ, meta l-kriterju ta' l-aħħar jirriżulta fi tnaqqis fl-ammont ta' l-għajnuna.

3. L-għajnuna tal-produzzjoni għandha tkun stabbilità skond il-piż nett tal-prodott ipproċessat. Il-coefficients li jesprimu r-relazzjoni bejn il-piż tal-materja prima użata u l-piż nett tal-prodott ipproċessat għandhom ikunu definiti fuq bażi standardizzata. Dawn għandhom ikunu regolarment aġġornati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza.

[…]

5. Il-prezz tal-materja prima f'pajjiżi terzi prinċipali li jikkompetu għandu jkun stabbilit prinċipalment fuq il-bażi tal-prezzijiet li jkunu attwalment japplikaw fl-istadju tax-xatba tar-razzett għal prodotti friski ta' kwalità komparabbli użata fl-ipproċessar, marbuta mal-bażi tal-kwantitajiet tal-prodotti lesti u esportati minn dawk il-pajjiżi terzi.

6. Meta l-produzzjoni tal-Komunità tkun għal ta’ l-anqas tammonta għall-50 % tal-kwantitajiet ta’ xi prodott li jagħmel sehem mis-suq tal-konsum tal-Komunità, ix-xejriet fil-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għandhom ikunu stmati bli jitqabbel it-tagħrif għas-sena kalendarja ta’ qabel il-bidu tas-sena tas-suq mat-tagħrif għas-sena kalendarja ta’ qabel.

7. Fil-każ ta’ prodotti pproċessati mit-tadam, l-għajnuna tal-produzzjoni għandha tkun ikkalkolata għal:

(a) tadam ikkonċentrat li jinsab fil-kodifika NK 2002 90;

[…]

9. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont ta' l-għajnuna tal-produzzjoni qabel il-bidu ta' kull sena tas-suq, (...). Il-coefficients imsemmija fil-paragrafu 3, il-ħtiġijiet minimi tal-kwalità u regoli oħra dettaljati għat-tħaddim ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond l-istess proċedura.

10. Għall-prodotti pproċessati mit-tadam, l-ispiża sħiħa m’għandhiex teċċedi għal kull sena tal-marketing, l-ammont li kien ikun intlaħaq kieku l-kwoti Franċiżi u Portugiżi għall-konċentrati għas-sena tal-marketing 1997/1998 kienu ġew stabbiliti kif ġej:

-      Franza: 224 323 tunnellati

-      Portugall: 670 451 tunnellati

Għal dak il-għan, l-għajnuna stabbilita għall-konċentrat tat-tadam u ta’ l-estratti tiegħu skond il-paragrafu 9 għandhom jitnaqqsu b’5,37 %. Jista’ jitħallas suppliment wara s-sena tal-marketing jekk iż-żjieda fil-kwoti Franċiżi u Portugiżi ma jkunux ġew użati kollha."

4       Fl-aħħar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1519/2000 ta' 12 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi għas-sena tal-marketing 2000/2001, il-prezz minimu u l-ammont ta' għajnuna għall-produzzjoni tat-tadam ipproċessat (ĠU L 174, p. 29), jistabbilixxi, f'Artikolu 2 (1), li, "għas-sena ta' marketing 2000/2001, l-għajnuna għall-produzzjoni stabbilita f'Artikolu 4 (tar-regolament ta' bażi) hija ffissata fl-Anness II". L-ammont ta' l-għajnuna tal-produzzjoni ġie stabbilit f'17,178 EUR għal kull 100kg ta' konċentrat tat-tadam b'kontenut niexef li jiżen 28% jew aktar imma inqas minn 30%.

 Fatti u proċeduri

5       B'ittra ta' l-4 ta' Frar 2000, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ċiniżi jgħaddulha malajr kemm jista' jkun l-informazzjoni neċessarja, billi jimlew il-kwestjonarju li ntbagħat flimkien ma' l-ittra, sabiex tiġi stabbilita l-għajnuna għas-sena ta' marketing 2000/2001 fis-settur tal-frott u ħxejjex ipproċessati. Din l-ittra baqgħet mingħajr risposta.

6       Wara li ġie adottat ir-Regolament Nru 1519/2000, delegazzjonijiet u assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-produtturi tal-prodotti ipproċessati abbażi tat-tadam ta' Spanja, ta' Franza, tal-Greċja, ta' l-Italja u tal-Portugall ressqu flimkien l-oġġezzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni u huma kkontestaw il-fatt li ma ttiħidx in kunsiderazzjoni il-prezz tat-tadam Ċiniż sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' l-għajnuna konċessa.

7       L-organizzazzjoni ewropea ta' l-industriji tal-kunserva tat-tadam (minhawn 'il quddiem msejħa l' "OEICT") u l’Associação Portuguesa dos Industriais de Tomate indirizzaw lill-Kummissjoni aktar talbiet għall-modifika ta' l-ammont konċess. Waħda minn dawn it-talbiet kellha magħha kopja ta' kuntratt li kien fih il-prezz tal-prodott imħallas lill-produttur Ċiniż.

8       B'ittra tal-5 ta' Marzu 2001, indirizzata lill-Ministru ta' l-Agrikoltura Portugiż, bħala risposta lit-talba għar-reviżjoni tal-kalkolu ta' l-ammont ta' l-għajnuna, il-Kummissjoni indikat li l-iffissar ta' l-ammont ta' l-għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam għas-sena tal-marketing 2000/2001 ġie effettwat strettament skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' bażi. Hija kkonfermat ukoll li rċeviet risposta, fit-13 ta' Diċembru 2000, għall-ittra ta' l-OEICT li fiha kienet indikat il-prezz ta' kuntratt konkluż maċ-Ċina, iżda hi żiedet ukoll li kien impossibbli għaliha li timmodifika d-deċiżjoni tagħha abbażi ta' prezz stipulat f'kuntratt, li mhux ikkonfermat mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

9       F'Settembru 2001, is-servizzi diplomatiċi Spanjoli f'Pekin kisbu ċertifikat li kien ġej mill-awtoritajiet Ċiniżi li kien jindika, għas-snin tal-marketing 1999 u 2000, il-prezz medju tat-tadam li ġie mħallas lill-produtturi tal-provinċja Xinjiang, li tirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 88% tal-produzzjoni totali Ċiniża tat-tadam ipproċessat. Dan id-dokument ġie trasmess lill-membru tal-Kummissjoni responsabbli, M. Fischler, fi 9 ta' Novembru 2001, mill-Ministru ta' l-Agrikoltura Portugiż, u kif ukoll, fis-7 ta' Diċembru 2001, mill-OEICT.

10     Fil-31 ta' Jannar 2002, il-Kummissjoni irrispondiet lil din l-organizzazzjoni ta' l-aħħar fejn għal darb'oħra enfasizzat il-konformità ta' l-iffissar ta' l-ammont ta' l-għajnuna skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' bażi. Barra minnhekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-fatt, li skond hi l-industrija komunitarja tat-tadam kienet laħqet livell rekord ta' trasformazzjoni, u ma ġiet bl-ebda mod żvantaġġata, għaldaqstant kienet tal-fehma li ma kienx neċessarju li tirrivedi ir-Regolament Nru 1519/2000.

11     Wara laqgħa, li nżammet fis-6 ta' Novembru 2002, u korrispondenza varja indirizzata mir-rikorrenti lill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar iddikjarat, b'ittra tas-7 ta' Jannar 2003, li hija ma kellha l-ebda raġuni li tirrevedi r-Regolament Nru 1519/2000.

12     Kienu f'dawn iċ-ċirkustanzi li, fit-18 ta' Awwissu 2003, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.

 Talbiet tal-Partijiet

13     Ir-rikorrenti talbu li l-Qorti tal-Prim'Istanza għandha:

–       Tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil kull soċjetà rikorrenti l-flus ta' l-għajnuna tal-produzzjoni (hekk kif stabbilit fl-Anness A.27 tar-rikors), flimkien ma' l-interessi ntaxxati li jiġu stabbiliti mill-Qorti tal-Prim'Istanza, li jibdew jgħoddu mit-12 ta' Lulju 2000 – jew, inkella, jibdew jgħoddu mit-13 ta' Lulju 2000, jew inkella, mis-16 ta' Lulju 2000 –u sal-ġurnata effettiva tal-ħlas;

–       Tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

14     Il-Kummissjoni talbet li l-Qorti tal-Prim'Istanza għandha

–       tiċħad ir-rikors bħala wieħed li mhux fondat;

–       Tikkundanna lir-rikorrenti jħallsu l-ispejjeż.

 Fuq il-fundatezza

15     Il-partijiet invokaw il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tgħid li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità ma tistax tiġi invokata jekk ma jkunx hemm numru ta' kundizzjonijiet, magħquda flimkien, li jikkonċernaw l-illegalità ta' l-aġir li bih l-istituzzjoni Komunitarja qed tiġi akkużata, id-danni reali u l-eżistenza ta' rabta ta' każwalità bejn l-aġir illegali u d-dannu reali invokat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Diċembru 1981, Ludwigshafener Walzmuehle et vs il-Kunsill u l-Kommissjoni, 197/80 sa 200/80, 243/80, 245/80 u 247/80, Ġabra p.3211, punt 18; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 1995, Blackspur et vs il-Kunsill u l-Kummissjoni, T-168/94 , Ġabra p.II‑2627, punt 38, u tat-13 ta' Diċembru 1995, Esportaturi ta' Levende Varkens et vs il-Kummissjoni, T-481/93 u T-484/93, Ġabra p.II‑2941, punt 80).

16     Irid jiġi vverifikat jekk dawn it-tliet kundizzjonijiet jeżistux f'din il-kawża.

 F'dak li jikkonċerna l-legalità ta' l-aġir tal-Kummissjoni

17     Sabiex tiġi stabbilita l-illegalità ta' l-aġir tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti għamlu użu, prinċipalment, mill-ksur tar-Regolament ta' bażi u mill-Artikolu 33 KE kif ukoll mill-ksur tal-prinċipji ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba. B'mod alternattiv, huma enfasizzaw fuq il-prinċipju tal-kunfidenza leġittima.

 Argumenti tal-partijiet

–       Ksur tar-Regolament ta' bażi u ta' l-Artikolu 33 KE

18     Ir-rikorrenti allegaw li l-Kummissjoni ikkommettiet illegalità li għaliha l-Komunità tistà tinżamm responsabbli bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 1519/2000 bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi(1).

19     Fil-fatt kien ċert illi l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni, għall-kalkolu ta' l-ammont ta' l-għajnuna f'dan il-każ, ta' l-Istati Uniti, l-Iżrael u t-Turkija. Iżda skond ir-rikorrenti, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi jirreferu għal "pajjiżi prinċipali li huma kompetituri" (l-Artikolu 4(2) u (5) ). Dawn id-dispożizzjonijiet għaldaqstant iċaħħdu fil-fehma tagħhom, lill-Kummissjoni minn kull marġini ta' diskrezzjoni, u jobbligawha tieħu in kunsiderazzjoni dawk il-pajjiżi fejn il-produzzjoni u l-esportazzjoni tat-tadam hija l-iktar rilevanti. Anki jekk huwa possibbli għall-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni fatturi oħra, hija trid f'kull każ, neċessarjament, issegwi dak li hemm imsemmi fl-Artikolu 4(2), tar-Regolament ta' bażi, li l-ewwel kunsiderazzjoni tiegħu hi dik tal-prezz tal-pajjiżi terzi prinċipali. Interpretazzjoni differenti tfisser illi l-Kummissjoni jkun qed ikollha poter arbitrarju fl-għażla tal-pajjiżi esportaturi ta' riferiment li jista' fl-aħħar iwassalha li ma tipprovdi l-ebda għajnuna abbażi ta' l-għażla tal-pajjiżi ta' riferiment.(2)

20     Ir-rikorrenti jiddikjaraw, li, mill-1998, iċ-Ċina hija t-tieni produttriċi tat-tadam fid-dinja. Fl-1999, hija kienet esportat aktar minn 108 246 tunnellata ta' tadam, ħafna inqas mit-Turkija (168 691 tunnellati), iżda iktar mill-Istati Uniti (92 913 tunnellata) u mill-Iżrael (9 557 tunnellata). Għalhekk, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi tal-Komunità Ewropea kienu żdiedu għal madwar 24 171 tunnellata, li jirrappreżentaw 22.30% ta' l-esportazzjonijiet dinjija totali taċ-Ċina. Għaldaqstant iċ-Ċina għandha tiġi kkunsidrata bħala pajjiż kompetitur(3).

21     Il-Kummissjoni kisret ir-Regolament ta' bażi, li għandu dispożizzjonijiet ċari u mhux ambigwi, meta ma inkludietx il-prezzijiet Ċiniżi fil-kalkoli ta' l-għajnuna għall-produzzjoni. Ir-rikorrenti stqarrew li, skond il-ġurisprudenza Bergaderm (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Lulju 2000, Bergaderm u Goup vs il-Kummissjoni, C-352/98 P, Ġabra p.I‑5291), din tikkonsisti f'regola tad-dritt li għandha bħala għan li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi u li l-ksur tagħha tkun suffiċjentement ikkaratterizzata. Peress li s-setgħat tal-Kummissjoni ġew limitati b'manjiera preċiża ħafna meta ġie adottat ir-Regolament nru 1519/2000, sempliċi illegalità min-naħa ta' l-istitutzzjoni tkun biżżejjed, fil-fehma tagħhom, sabiex tinvolvi r-responsabbiltà mhux kontrattwali tal-Komunità(4).

22     Għalhekk, il-Kummissjoni kellha hija stess titlob li t-tagħrif relattiv għal prezzijiet Ċiniżi jiġi kkomunikat lilha, imma hi rrifjutat li teħodhom in kunsiderazzjoni meta dawn ġew mogħtija lilha(5).

23     Skond ir-rikorrenti, l-atteġġjament tal-Kummissjoni injorat ukoll l-għanijiet politiċi tas-sistema tas-sussidji msemmija fir-Regolament ta' bażi. Fil-fatt, dawn huma intiżi li jiffavorixxu l-agrikolturi u l-industrijalisti ewropej billi jiggarantixxu livell ta' qliegħ minimu għall-agrikoltur u jippermettu lil dawk li jipproċessaw il-prodotti li ġejjin mit-tadam jaffaċċjaw il-kompetizzjoni ta' pajjiżi terzi, fejn il-materja prima tinxtara bi prezz ħafna irħas minn dak tas-suq ewropew. Jekk dawn l-għanijiet ma jiġux irrispettati, ir-Regolament 1519/2000 ikun qed jikser l-Artikolu 33 KE wkoll.

24     Il-Kummissjoni hi tal-fehma, min-naħa tagħha, li hija għandha setgħa ta' diskrezzjoni kbira sabiex tiddetermina l-ammont ta' l-għajnuna f'dan il-każ. Għaldaqstant hija tista' tinżamm responsabbli biss jekk ma tkunx imxiet, b'manjiera manifesta u gravi, fil-limiti imposti fuq l-eżerċizzju tas-setgħa tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza li toħroġ mill-kawża Bergadrem u Goupil vs il-Kummissjoni, punt 21 fuq(6).

25     Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' bażi jippermetti li tiġi stabbilita għajnuna massima lill-produzzjoni u li din l-għajnuna "ma tistax teċċedi d-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi prinċipali li jipproduċu u jesportaw". Skond hi, għalhekk, ma teżisti l-ebda garanzija li l-ammont ta' l-għajnuna jkun ekwivalenti għal din id-differenza(7).

26     Il-Kummissjoni tenfasizza, wkoll, li l-kriterji li jistabbilixxu l-għajnuna mhumiex determinati b'mod eżawrjenti. Fil-fatt, l-Artikolu 4(2), tar-Regolament ta' bażi jgħid : "Fl-għarfien ta' l-ammont ta' l-għajnuna (...), għandu jittieħed kont b'mod partikolari (...)" Dan l-Artikolu jinvoka, fil-paragrafu c), il-possibbiltà ta' tnaqqis fl-ammont ta' l-għajnuna sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni x-xejriet fil-volum tal-kummerċ barra l-pajjiż u l-prezzijiet miksuba f'dak il-kummerċ. Issa, peress li l-produzzjoni komunitarja tirrapreżenta parti sostanzjali tas-suq komunitarju, bejn wieħed u ieħor 90%, il-Kummissjoni kienet fl-obbligu li tieħu in kunsiderazzjoni ta' dan it-tagħrif(8).

27     Il-Kummissjoni tikkritika wkoll lir-rikorrenti li qatt ma semmew l-għan ta' l-għajnuna, jiġifieri li "jippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti komunitarji". Hija tikkunsidra li kien b'mod kompletament leġittimu, fir-rigward ta' dan il-għan u tat-tagħrif ekonomiku li hija kellha, li għalhekk hija setgħet tagħmel it-tnaqqis tal-prezzijiet tat-tadam Ċiniż(9).

28     Data dwar il-produzzjoni tat-tadam kienet intbagħtet mill-Istati Uniti, mill-Iżrael u mit-Turkija, filwaqt li l-awtoritajiet Ċiniżi baqgħu ma rrispondewx għad-domanda tal-Kummissjoni. Din ikkonkludiet li kien hemm lok li titnaqqas l-għajnuna lil min jipproċessa fil-produzzjoni tal-konċentrat tat-tadam bi 20.54% minħabba t-tnaqqis fil-valur ta' l-EUR meta mqabbel mad-dollaru Amerikan (-12.2%) u ż-żjieda tal-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi kompetituri, b'mod partikolari l-Istati Uniti (+8.4%) u t-Turkija (+4.4%)(10).

29     Skond il-Kummissjoni, id-data disponibbli dwar is-suq komunitarju għal konċentrat tat-tadam juri nuqqas ta' importazzjoni u l-istabbilizzazzjoni ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi bejn l-1997 u l-1999, il-prezzijiet għall-oriġini "Ċina" għolew ħafna u progressjoni regolari fl-esportazzjonijiet komunitarji. Dawn l-elementi jikkonfermaw titjib ċar taċ-ċirkustanzi internazzjonali għall-produzzjoni komunitarja u kompetizzjoni min-naħa taċ-Ċina li għadha limitata. Modifikazzjoni tar-regolamenti tal-kalkolu għall-għajnuna għalhekk ma kinitx ser tiġi imposta(11).

30     Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, jekk it-teħid in kunsiderazzjoni tal-prezz tal-materja prima Ċiniża jkun jista' b'mod effettiv iwassal għal tnaqqis fil-prezz stmat tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali produtturi u esportaturi, tnaqqis bħal dan m'għandux neċessarjament iwassal għal żjieda fl-għajnuna għal produzzjoni(12).

31     F'dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm ma kienx hemm risposta minn naħa ta' l-awtoritajiet Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni qabel il-bidu tas-sena tal-marketing 2000/2001. Hija tenfasizza li hija sa dak inhar qatt ma ħadet in kunsiderazzjoni l-prezz tat-tadam Ċiniż u li xejn ma kien jiġġustifika li dawn jiġu integrati f'daqqa waħda għall-ewwel darba fil-kalkolu ta' l-għajnuna.

32     Fir-rigward tal-ksur ta' l-Artikolu 33 KE, il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna lill-produzzjoni għandha bħala għan li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-prodott tal-Komunità. Skond hi, ir-rikorrenti ma wrew bl-ebda mod li hija qed tikser dan il-għan.

–       Ksur tal-prinċipji ta' premura u amministrazzjoni tajba

33     F'dak li jikkonċerna l-ksur ta' l-obbligu ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba, ir-rikorrenti jinnutaw li l-Kummissjoni ma tatx kas li takkwista l-prezzijiet Ċiniżi, bħalma kienet tagħmel amministrazzjoni diliġenti u prudenti. Il-Kummissjoni wara ma rratifikatx l-iżball tagħha bi ksur ta' l-impenn li kienet ħadet, daqs li kieku din ir-rettifika ma kienet qajmet l-ebda diffikultà partikolari.

34     Il-Kummissjoni hija tal-fehma li skond hi setgħet, filwaqt li tirrispetta l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi, tistabbilixxi l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni fl-assenza ta' data relattiva għall-prezzijiet tat-tadam Ċiniżi. Għalhekk kien ikun inutli li hija ssegwi dan il-proċess flimkien ma' l-awtoritajiet Ċiniżi, proċess li dejjem baqa' mingħajr risposta f'dak li jikkonċerna produzzjonijiet oħra(13).

35     Filwaqt għall-ilment li sarilha li hija naqset li timmodifika l-kalkolu ta' l-għajnuna anki meta kienet taf bil-prezz tat-tadam mogħti lill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni tfakkar li l-ewwel informazzjonijiet ġew ikkomunikati lilha b'ittra tat-13 ta' Novembru 2000, madwar erba' xhur wara l-adozzjoni tar-Regolament nru 1519/2000. Peress li dan kien biss ftehim fuq prezz f'kuntratt, il-Kummissjoni dehrilha li dan il-ftehim ta' prezz ma seta' fl-ebda każ jiġi kkunsidrat bħala rappreżentattiv ta' dak tal-produzzjoni Ċiniża(14).

36     Il-Kummissjoni mal-ewwel innotat li, kien biss fid-9 ta' Novembru 2001, madwar sittax-il xahar wara l-adozzjoni tar-Regolament nru 1519/2000, li ċifri li forsi kienu ftit aktar konvinċenti ġew ikkomunikati lilha. Skond hi, kien impossibbli li tbiddel dan ir-Regolament wara dan id-dewmien kollu u, barra minn dan, l-ebda dispożizzjoni leġiżlattiva ma kienet tippermetti li tipproċedi b'mod rettroattiv sabiex issir modifika bħal din. Hija ma setgħetx tagħmel hekk ħlief kieku kien hemm żball tekniku. Il-Kummissjoni żiedet li s-sena tal-marketing 2000/2001 kienet spiċċat xhur ilu u li mekkaniżmu ġdid kien gie stabbilit(15).

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti

37     Il-partijiet mhux qed jaqblu dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi u dwar il-wesa' tas-setgħa diskrezzjonali li din tikkonferixxi lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-ammont ta' l-għajnuna għal produzzjoni.

38     Tajjeb li wieħed jiftakar li jirriżulta minn ġurisprudenza konstanti li l-fatt li l-Komunità tinżamm responsabbli tirrispondi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali skond l-Artikolu 288, (tieni paragrafu) KE huwa subordinat għall-minimu ta' kundizzjonijiet, jiġifieri: l-illegalità ta' l-aġir li bih l-istituzzjonijiet qed jiġu akkużati, id-dannu reali u l-eżistenza ta' linja ta' każwalità bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Settembru 1982, Oleifici Mediterranei vs KEE, 26/81, Ġabra p.3057, punt 16; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 1996, International Procurement Services vs il-Kummissjoni, T - 175/94, Ġabra p.II‑729, punt 44; tas-16 ta' Ottubru 1996, Efisol vs il-Kummissjoni, T-336/94, Ġabra p.II - 1343, punt 30, u tal-11 ta' Lulju 1997, Oleifici Italiani vs il-Kummissjoni, T-267/94 , Ġabra p.II - 1239, punt 20).

39     Fir-rigward ta' l-ewwel kundizzjoni, il-ġurisprudenza teżiġi li jrid jiġi stabbilit ksur ikkaratterizzat ta' regola ta' dritt li għandha bħala għan li tikkonferixxi d-drittijiet lill-individwi (sentenza Bergaderm u Goupil vs il-Kummissjoni, punt 21 ċċitata iktar 'il fuq, punt 42). Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżiġenza li tgħid li l-ksur irid ikun suffiċjentement karatterizzat, il-kriterju deċiżiv li jippermetti l-konstatazzjoni li dan iseħħ huwa n-nuqqas ta' rikonoxximent manifest u serje ta' limiti imposti tas-setgħat diskrezzjonali tagħha. Meta din l-istituzzjoni tiddisponi biss minn limitu diskrezzjonali konsiderevolment limitat, jew saħansitra ineżistenti, is-sempliċi ksur tad-dritt tal-Komunità jkun biżżejjed sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta' ksur suffiċjentement karatterizzat (sentenza tal-Qorti ta' l-10 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni vs Camar u Tico, C-312/00 P, Ġabra p. I - 11355, punt 54; sentenza tal-Qorti ta' Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2001, Comafrica u Dol e Fresh Fruit Europe vs il-Kummissjoni, T-198/95, T-171/96, T-230/97, T-174/98uT-225/99, Ġabra p.II - 1975, punt 134).

40     B'mod partikolari, il-konstatazzjoni ta' l-irregolarità li, f'ċirkustanzi analogi, l-awtorità amministrattiva normalment prudenti u diliġenti ma tikkommettix, tippermetti li wieħed jikkonkludi li l-aġir ta' l-istituzzjoni jikkostitwixxi illegalità li għaliha l-Komunità tista' tinżamm responsabbli kif stabbilit fl-Artikolu 288 KE (sentenza Comafrica u Dole Fresh Fruit Europa vs il-Kummissjoni, punt 39 hawn fuq imsemmi, punt 134).

41     Huwa tajjeb għaldaqstant li wieħed jeżamina l-ewwel nett id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi sabiex jiddetermina l-limitu tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni u sabiex wara jivverifika, f'dan il-każ, jekk hi wettqitx jew le ksur ta' dan ir-Regolament tali li tinżamm responsabbli għalih.

–       Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni skond ir-Regolament ta' bażi

42     Huwa tajjeb li nfakkru, fl-ewwel lok, li hija ġurisprudenza konstanti li l-leġiżlatur komunitarju jgawdi minn setgħa kbira diskrezzjonali fis-sitwazzjonijiet li jimplikaw in-neċessità li tiġi evalwata sitwazzjoni ekonomika kumplessa, bħalma huwa l-każ tal-materja ta' politika agrikola komuni u tas-sajd. Din is-setgħa ma tapplikax esklużivament għan-natura u l-iskop tad-dispożizzjonijiet msemmija, iżda wkoll f'ċerti miżuri ta' konstatazzjoni ta' data bażika. Għalhekk, meta jiġi mistoqsi jekk il-ksur allegat ta' regola ta' dritt huwiex suffiċjentament kkaratterizzat, l-Imħallef għandu sempliċement jivverifika jekk l-istituzzjoni li hi akkużata b'dan il-ksur ma tebbax l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha bi żball manifest jew abbuż ta' poter jew jekk l-awtorità in kwistjoni ma qabżitx b'mod manifest il-limiti tas-setgħa tagħha ta' diskrezzjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Ġunju 1989, Leukhardt, 113/88, Ġabra p.1991, punt 20; tad-19 ta' Frar 1998, NIFPO u Northern Ireland Fishermen’s Federation, C‑4/96, Ġabra p.I - 681, punti 41 u 42; tal-5 ta' Ottubru 1999, Espagne vs il-Kunsill, C-179/95, Ġabra p.I - 6475, punt 29; tal-25 ta' Ottubru 2001, Italja vs il-Kunsill, C-120/99, Ġabra p.I - 7997, punt 44; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2002, Pfizer Animal Health vs il-Kunsill, T-13/99, Ġabra p.II - 3305, punti 166 u 168).

43     Fit-tieni lok, fl-applikazzjoni tar-Regolament ta' bażi il-Kummissjoni tiddisponi, xorta waħda, minn limiti wiesgħa diskrezzjonali fejn tiġi stabbilita għajnuna għall-produzzjoni.

44     Huwa ċert li l-kunsiderazzjoni (2) tar-Regolament ta' bażi tistabbilixxi li: "ċerti prodotti pproċessati għandhom importanza partikolari fir-reġjuni tal-Mediterran tal-Komunità fejn il-prezzijiet tal-produzzjoni huma viżibbilment ogħla minn dawk ta' pajjiżi terzi" u l-kunsiderazzjoni (4) ta' dan ir-Regolament tistabbilixxi li "l-ammont ta' l-għajnuna għandu jikkumpensa d-differenza bejn il-prezzijiet imħallsa lill-produtturi fil-Komunità u l-prezzijiet imħallsa f'pajjiżi terzi". Madankollu, din l-aħħar kunsiderazzjoni żżid "billi għalhekk, għandu jkun stabbilit bażi ta' kalkolu li jikkunsidra din id-differenza ta' impatt tat-tibdil fil-prezz minimu, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' ċerti elementi tekniċi". Iż-żjieda tal-verb "jikkunsidra" tindika li, sabiex jiġi stabbilit l-ammont għall-għajnuna tal-produzzjoni, wieħed irid jieħu in kunsiderazzjoni, f'kull każ, id-differenza bejn il-prezzijiet imħallsa lill-produtturi fil-Komunità u l-prezzijiet imħallsa f'pajjiżi terzi, ta' l-inċidenza ta' l-evoluzzjoni tal-prezz minimu, kif ukoll il-fatturi tagħhom, elementi oħra jistgħu wkoll jittieħdu in kunsiderazzjoni, liema elementi jitħallew għad-diskrezzjoni libera tal-Kummissjoni.

45     Is-sistemi ta' l-għajnuna għall-produzzjoni huma previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' bażi. Fl-Artikolu 4(1) hemm imniżżel li, l-għajnuna għall-produzzjoni "tista' ma teċċedix id-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi prinċipali li jipproduċu u jesportaw". Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tiġi interpretata li tfisser li l-għajnuna għall-produzzjoni trid tkun ekwivalenti għal din id-differenza, għax jekk ikun hekk din ma tħalli l-ebda marġni ta' diskrezzjoni lill-Kummissjoni.

46     L-Artikolu 4(2), tar-Regolament ta' bażi wara jobbliga lill-Kummissjoni tiffissa l-ammont ta' l-għajnuna tal-produzzjoni "li jkun jippermetti li l-prodott tal-Komunità jkun jista' jintuża fil-limitu mniżżel fil-paragrafu 1". Wara li jiġi ppreċiżat dan l-għan, din id-dispożizzjoni tenumera ċerti elementi li jridu jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont. Il-preżenza, f'dan il-każ, tal-verb "jikkunsidra" u tal-konġunzjoni "u" bejn (b) u (c) timplika li d-diskrezzjoni għall-Kummissjoni tikkunsidra li dawn it-tliet kriterji jippresupponu l-għaqda, b'mod kumulattiv, ta' ċerti elementi fattwali u ta' data dwar ċifri indispensabbli, b'tali mod li tiġi kkunsidrata partikolarment nefqa għall-materja prima fil-Komunità u dik tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali kompetituri u kif ukoll l-ammont ta' l-għajnuna stabbilita għas-sena tal-marketing ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti. Jirriżulta wkoll li din il-lista ta' kriterji imperattivi mhux qed tkun eżawrjenti, u din tikkostitwixxi indiċi ta' marġni ta' diskrezzjoni mogħti lill-Kummissjoni fil-limiti previsti fl-Artikolu 4 (1), u bil-kundizzjoni li jiġu rispettati l-limiti proċedurali li jmexxu l-applikazzjoni tiegħu.

47     Il-Kummissjoni tiddisponi wkoll, bħala prinċipju, minn marġni kbir ta' diskrezzjoni sabiex tistabbilixxi l-għajnuna. Iżda dan il-marġni ta' diskrezzjoni ma jiġix estiż neċessarjament għal ġabra ta' l-elementi fattwali u ċifri li jikkorrispondu mal-kriterji li hi bilfors trid tieħu in kunsiderazzjoni, bħalma huma l-prezz tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali skond l-Artikolu 4(2) (a), tar-Regolament ta' bażi.

48     Huwa fid-dawl tal-prinċipji msemmija hawn fuq li wieħed għandu jivverifika l-fundatezza ta' l-argumenti tar-rikorrenti fir-rigward ta' l-illegalitajiet kommessi mill-Kummissjoni. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li huwa neċessarju li l-ewwel nett tiġi evalwata l-fundatezza tat-talba mqajma ta' ksur tal-prinċipji ta' premura u amministrazzjoni tajba.

–       Ksur tal-prinċipji ta' premura u amministrazzjoni tajba

49     Il-Kummissjoni tiddisponi minn marġini ta' apprezzament, filwaqt li għandha skond il-prinċipji ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba, tiġbor l-elementi fattwali indispensabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat diskrezzjonali tagħha. Fil-fatt, skond ġurisprudenza konstanti, fil-każ fejn istituzzjoni komunitarja tiddisponi minn setgħa kbira diskrezzjonali, ir-rispett lejn il-garanziji proċedurali mogħtija mill-ordni ġuridiku komunitarju jkollu importanza mill-aktar fundamentali. Fost dawn il-garanziji jidher, partikolarment, l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina bil-kura u b'imparzjalità l-elementi kollha tal-każ in kwistjoni. Huwa b'dan il-mod biss li l-Imħallef Komunitarju jista' jivverifika jekk l-elementi ta' fatt u ta' dritt jimxux flimkien meta s-setgħa diskrezzjonali tiġi eżerċitata (ara, f'dan is-sens u f'analoġija, is-senteza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Novembru 1991, Technische Universität München, C-269/90, Ġabra p.I - 5469, punt 14; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 1995, Nölle vs il-Kunsill u l-Kummissjoni, T-167/94, Ġabra p.II - 2589, punti 73 u dak li jsegwi; tad-19 ta' Frar 1998, Eyckeler & Malt vs il-Kummissjoni, T-42/96, Ġabra p.II - 401, punt 165; tad-9 ta' Lulju 1999, New Europe Consulting u Brown vs il-Kummissjoni, T-231/97, Ġabra p.II - 2403, punti 37 u dawk li jsegwu, u s-sentenza Pfizer Animal Health vs il-Kunsill, punt 42 iċċitata iktar 'il fuq, punt 171).

50     Fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tar-Regolament ta' bażi, l-obbligu ta' diliġenza timplika, partikolarment, id-dmir li jinġabru l-elementi kollha fattwali indispensabbli preżenti fl-Artikolu 4(2), tar-Regolament imsemmi u suxxettibbli li jkollhom inċidenza sinifikattiva fuq ir-riżultat tal-proċess tad-deċiżjoni, sabiex jippermetti lill-Kummissjoni l-eżerċizzju komplet u korrett tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. Fir-rigward ta' din id-dispożizzjoni, huwa konstanti li, f'dan il-każ, in-nefqa tal-materja prima li toriġina miċ-Ċina kienet waħda mill-elementi indispensabbli li l-Kummissjoni kellha tieħu in kunsiderazzjoni għall-kalkolu ta' l-ammont ta' għajnuna għall-produzzjoni, peress li ċ-Ċina kienet ikkunsidrata, fil-mument li ġiet stabbilita l-għajnuna, bħala waħda mill-pajjiżi terzi prinċipali kompetituri mall-produzzjoni komunitarja.

51     F'dan ir-rigward huwa kostanti li l-Kummissjoni għall-Unjoni Ewropea kienet kuntenta tibgħat lid-delegazzjoni Ċiniża ittra waħda, datata fl-4 ta' Frar 2000, sabiex titlob l-informazzjoni neċessarja, li baqgħet mingħajr risposta, u fl-istess ħin ma għamlet l-ebda talba supplementari f'dan is-sens fil-perijodu li jmur sa Lulju 2000.

52     Min-naħa l-oħra, ir-rispett tal-prinċipju ta' premura u amministrazzjoni tajba kien jitlob meta wieħed jikkunsidra l-karattru indispensabbli ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-ispiża tal-materja prima li toriġina miċ-Ċina għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li hi kellha tagħmel talbiet supplementari sakemm tikseb l-informazzjoni neċessarja mingħand l-awtoritajiet Ċiniżi, per eżempju billi jintbagħtu rimajnders jew permezz ta' kuntatti telefoniċi mar-rappreżentant permanenti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fl-Unjoni Ewropea. F'dan ir-rigward, is-silenzju ta' l-awtoritajiet Ċiniżi, li, skond il-Kummissjoni, "issegwi tradizzjoni twila ta' ċaħdiet jew impossibbiltà li jwieġbu għall-informazzjoni dwar domandi simili", ma jiġġustifikax l-inerzja tal-Kummissjoni għar-raġuni li teżisti preżunzjoni li ma tistax tiġi ribattuta fis-sens li, skond din, l-informazzjoni mitluba ma kinitx disponibbli jew kull talba oħra intlaqgħet bl-istess silenzju. Bil-maqlub, minħabba l-karattru indispensabbli ta' l-informazzjoni f'dan il-każ għal legalità ta' l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li tistabbillixxi l-ammont ta' l-għajnuna, dan is-silenzju għandu jħeġġeġ aktar lis-servizzi tal-Kummissjoni li jagħmlu, fil-ħin utli, sforzi supplementari sabiex jiksbu l-informazzjoni msemmija aktar milli jibqgħu kompletament inattivi.

53     Fir-rigward tal-kuntratt Ċiniż ikkomunikat fit-13 ta' Novembru 2000 lil Fischler, huwa veru li l-Kummissjoni ma kinetx obbligata tieħu in kunsiderazzjoni t-tagħrif li kien jidher f'dan il-kuntratt, li daħal fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2000, peress, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(6), tar-Regolament ta' bażi, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-prezzijiet ta' l-1999. Minkejja dan, fir-rigward tal-premura u amministrazzjoni tajba u li tieħu kont tas-silenzju ta' l-awtoritajiet Ċiniżi wara li ntbagħtet l-ittra tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Frar 2000, l-isforz minimu mistenni minn istituzzjoni diliġenti f'dan il-każ kien jikkonsisti, li kull xahar, tistaqsi lil dawn l-awtoritajiet imsemmija jekk dawn il-prezzijiet jirrapreżentawx il-prezzijiet ta' l-1999, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-kuntratt kien jikkonċerna r-reġjun ta' Xinxiang, li skond ir-rikorrenti jirrapreżenta parti importanti tal-produzzjoni Ċiniża ta' l-ipproċessar tat-tadam. Dan l-obbligu kien l-aktar impost fuq il-Kummissjoni tant li Fischler stqarr huwa stess li "il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra biss il-prezz imsemmi f'kuntratt privat bħala prezz tal-medja nazzjonali għall-produzzjoni tat-tadam għas-sena tal-marketing 2000/2001 jekk dan il-prezz ma kienx ġie kkonfermat uffiċjalment mill-gvern Ċiniż".

54     Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li l-inattività tal-Kummissjoni wara li bagħtet l-ittra ta' l-4 ta' Frar 2000 tikkostitwixxi ksur, skond il-ġurisprudenza, suffiċjentement karatterizzat tal-prinċipji ta' premura u amministrazzjoni tajba.

–       Ksur tar-Regolament ta' bażi

55     Skond l-Artikolu 4(1), tar-Regolament ta' bażi, l-għajnuna għall-produzzjoni ma tistax teċċedi d-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur tal-Komunità u l-prezz mħallas għall-materja prima fil-pajjiżi terzi prinċipali li jipproduċu u jesportaw. Skond l-Artikolu 4(2), ta' l-stess Regolament, sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, irid jittieħed in kunsiderazzjoni b'mod partikolari d-differenza bejn l-ispiża tal-materja prima miksuba fil-Komunità u dik tal-materja prima miksuba fil-pajjiżi terzi kompetituri prinċipali.

56     Ir-rikorrenti jinnotaw li dawn id-dispożizzjonijiet jimponu fuq il-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni l-prezz tal-materja prima Ċiniża, peress li ċ-Ċina hija it-tieni esportatur dinji tat-tadam.

57     Għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament ta' bażi jimponi li jittieħed in kunsiderazzjoni l-prezz tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali produtturi u esportaturi jew kompetituri. Issa, iċ-Ċina kienet tifforma parti minnhom. Għalhekk il-Kummissjoni riedet tieħu in kunsiderazzjoni l-prezz Ċiniż għax iċ-Ċina kienet mal-ewwel saret waħda minn dawn il-pajjiżi.

58     Barra minnhekk il-Kummissjoni ma ċaħditx li ċ-Ċina tikkostitwixxi waħda mill- pajjiżi prinċipali produtturi tat-tadam. Wara kollox, id-dipartimenti tagħha, kienu talbu għall-ewwel darba lill-awtoritajiet Ċiniżi fil-bidu tas-sena 2000, imma dawn ta' l-aħħar ma rrispondewx għal din id-domanda.

59     Il-Kummissjoni ssostni li l-problema li hija kellha taffronta kienet dik li jekk fl-assenza ta' din l-informazzjoni hija setgħetx xorta waħda tiffissa l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni bis-saħħa tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, filwaqt li tirrispetta l-għanijiet ta' din l-għajnuna, li kif inhu magħruf "tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti komunitarji". Hija kkonfermat li sa dak inhar hija qatt ma kienet tat kas tal-prezz tat-tadam Ċiniż u li ma kienx neċessarju li temenda r-regoli tal-kalkolu ta' l-għajnuna, partikolarment peress li dan kien l-aħħar stabbiliment għall-għajnuna qabel ir-riforma tas-sistema ta' l-għajnuna għall-produzzjoni.

60     Dawn l-argumenti ma kinux konvinċenti. Il-fatt li l-Kummissjoni mal-ewwel qatt ma ħadet in kunsiderazzjoni l-prezz tat-tadam Ċiniż ma kienx jiġġustifikaha milli tkompli tastjeni li tagħmel dan, meta ċertament huwa l-każ li, il-kundizzjonijiet tas-suq kienu jobbligawha tagħmel dan. Fl-istess ħin, il-fatt li dan kien l-aħħar iffissar ta' għajnuna għall-produzzjoni qabel ir-riforma tas-sistema ma jiġġustifikax li hi taġixxi f'kundizzjonijiet li ma jikkonformawx mar-Regolament ta' bażi. Barra minnhekk, dan ir-Regolament ċertament kien jippermetti lill-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni kriterji oħra u li tifforma l-ammont ta' l-għajnuna bis-saħħa ta' dawn il-kriterji supplementari. Iżda, hekk kif ġie stabbilit hawn fuq fil-punt 50 u f'dak li jsegwi warajh, ir-Regolament ma kienx jawtorizzaha li tħalli barra l-prezz tal-materja prima ta' wieħed mill-pajjiżi terzi prinċipali kompetituri, għaliex ir-Regolament jitlob espressament appell għal din id-data.

61     Fl-istess ħin, peress li l-kontenut tar-Regolament Nru 1519/2000 ma jieħux in kunsiderazzjoni l-prezz tal-materja prima ta' pajjiż wieħed prinċipali produttur u esportatur, li hu ċ-Ċina, dan ir-Regolament jinjora l-kundizzjonijiet imperattivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(2) tar-Regolament ta' bażi. Illegalità bħal din, li tikkostitwixxi ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta' regola li għandha bħala għan li tagħti d-drittijiet lill-individwi, hi suxxettibbli li tpoġġi l-Komunità b'responsabbiltà ekstrakuntrattwali minħabba l-konsegwenzi dannużi tagħha.

62     L-argument imqajjem mir-rikorrenti ta' ksur tar-Regolament ta' bażi jrid jiġi milqugħ, u mhux neċessarju li jiġi eżaminat l-argument imsemmi dwar il-ksur tal-prinċipju ta' kunfidenzjalità leġġittima, fejn ir-rikorrenti jipprevalixxu ruħhom minnha alternattivament.

 F'dak li jikkonċerna d-danni

 L-Argumenti tal-partijiet

63     Ir-rikorrenti jinnotaw li d-danni tagħhom jammontaw preċiżament għad-differenza bejn l-ammont għall-għajnuna stabbilit fir-Regolament nru 1519/2000 u dak li suppost ġie stabbilit li kieku l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni l-prezzijiet Ċiniżi(16).

64     Abbażi tad-data relatata mall-prezzijiet Ċiniżi, li kienet fiċ-ċertifikat miksub mingħand l-awtoritajiet Ċiniżi f'Settembru 2001, ir-rikorrenti kkalkulaw l-ammont għall-għajnuna li suppost tqassam għas-sena 2000/2001. Huma kkunsidraw li, jekk tieħu in kunsiderazzjoni ċ-Ċina fil-kalkolu tal-prezz medju tal-pajjiżi terzi prinċipali produtturi tat-tadam ipproċessat, dan il-prezz jonqos konsiderevolment, u jirrendi d-differenza bejn il-prezz li jitħallas lil agrikoltur u l-prezz tal-pajjiżi terzi prinċipali esportaturi aktar konsistenti minn dik ikkalkulata mill-Kummissjoni. Skond ir-rikorrenti, għal kull qantar ta' konċentrat tat-tadam 28/30, l-industrija kisbet 4.031 EUR inqas minn dak li suppost irċeviet kieku l-prezz Ċiniż ittieħed in kunsiderazzjoni. Dan ifisser li l-industrija kienet irċeviet għajnuna ta' 23% inqas għal dik li suppost irċeviet. Għaldaqstant din hija perċentwali li l-kumpanniji rikorrenti huma fid-dritt li jirkupraw mingħand il-Kummissjoni(17).

65     Għalhekk, ir-rikorrenti jistmaw li huma soffrew u għadhom isofru dannu patrimonjali importanti li hu marbut mhux biss man-nuqqas tal-Komunità li jitħallsu s-somom dovuti, imma wkoll minħabba tnaqqis monetarju, u kif ukoll minħabba l-fatt li s-somom li huma kellhom jirċievu kieku l-Kummissjoni kkalkulat sew l-ammont ta' l-għajnuna li kellu jingħatalhom kienu jippermettulhom li jirċievu ta' l-inqas l-interessi li jaqilgħu mit-tqegħid ta' dawn is-somom fil-kontijiet bankarji tagħhom.(18).

66     Ir-rikorrenti jinnotaw li, minħabba l-applikazzjoni ta' metodu żbaljat u illegali, l-għajnuna li ġiet mogħtija lilhom kienet inferjuri għal dik li suppost ingħatatilhom. L-iżball li sar min-naħa tal-Kummissjoni u r-rifjut li tagħti rimedju kkawżaw ċertament dannu għar-rikorrenti. Hekk kif id-dannu tagħhom joriġina mill-komportamenti illegali tal-Kummissjoni, il-linja ta' kawżalità hi, skond huma, stabbilita.

67     Il-Kummissjoni tfakkar li, skond ġurisprudenza konstanti, id-dannu li jintalab kumpens għalih irid ikun reali u ċert. Madankollu, kieku ittieħed in kunsiderazzjoni l-prezz tal-materja prima Ċiniża li fil-bidu seta' jwassal għal tnaqqis sensibbli fil-prezz stmat tal-materja prima tal-pajjiżi prinċipali produtturi u esportaturi, dan it-tnaqqis ma kienx neċessarjament iwassal, ġaladarba tieħu in kunsiderazzjoni s-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni, għal żjieda fl-għajnuna tal-produzzjoni(19).

68     Barra minhekk, skond il-Kummissjoni, din iż-żjieda ta' l-għajnuna ma setgħetx, b'ċertezza, tkun ekwivalenti għad-differenza bbażata fuq il-kalkolu tal-prezz tal-materja prima tal-pajjiżi prinċipali produtturi u esportaturi kemm jekk il-prezz Ċiniż tat-tadam jittieħed in kunsiderazzjoni u kemm jekk le.

69     Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ammont għad-danni mressaq mir-rikorrenti huwa ipotetiku u m'għandux jiġi aċċettat mill-Qorti tal-Prim'Istanza. L-istess konklużjoni għandha tiġi imposta għad-danni patrimonjali li huma nvokaw(20)

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

70     Huwa tajjeb li nfakkru li, skond il-ġurisprudenza (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Jannar 1982, De Franceschi vs il-Kunsill u l-Kummissjoni, 51/81, Ġabra p.117, punt 9, u Birra Wührer et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, 256/80, 257/80, 265/80, 267/80 u 5/81, Ġabra p.85, punt 9; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Mejju 1995, Wafer Zoo vs il-Kummissjoni, T-478/93, Ġabra p.II - 1479, punt 49), id-dannu li għalih qed jintalab kumpens irid ikun reali u ċert.

71     Hija r-responsabbiltà tal-parti rikorrenti li ġġib elementi ta' prova lill-Imħallef Komunitarju sabiex tiġi stabbilta l-eżistenza u l-iskop ta' dannu bħal dan (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Mejju 1976, Roquette Frères vs il-Kummissjoni, 26/74, Ġabra p.677, punti 22 sa 24; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Jannar 1996, Koelman vs il-Kummissjoni, T-575/93, Ġabra p.II - 1, punt 97, u tat- 28 ta' April 1998, Dorsch Consult vs il-Kunsill u l-Kummissjoni, T-184/95, Ġabra p.II - 667, punt 60).

72     Ir-rikorrenti evalwaw id-dannu tagħhom mad-differenza preċiża bejn l-ammont ta' l-għajnuna li kienet ġiet stabbilita fir-Regolament nru 1519/2000 u dik li kienet ser tiġi stabbilita kieku l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni l-prezz Ċiniż.

73     Fl-ewwel lok, huwa tajjeb li jiġi msemmi li l-prezzijiet Ċiniżi li huma bbażaw fuqhom huma dawk miksuba minnhom mingħand l-intermedjarju tas-servizzi diplomatiċi Spanjoli f'Pekin. Kien jikkonsisti fi prezz medju tat-tadam imħallas lill-produtturi tal-provinċja ta' Xinjiang, li kienet tirrapreżenta, skond ir-rikorrenti, madwar 88% tal-produzzjoni Ċiniża tat-tadam ipproċessat. Dawn iċ-ċifri ġew ikkontestati mill-Kummissjoni bħala ċifri li jirrappreżentaw medja baxxa. Mill-bqija l-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tevalwa jekk dawn kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' bażi. Fl-istess ħin, fl-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ekonomika kumplessa, is-setgħa diskrezzjonali tagħha tapplika wkoll għal konstatazzjoni ta' fatti bażiċi (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ottubru 1980, Roquette vs il-Kunsill, 138/79, Ġabra p.3333, punt 25).

74     Fil-fatt, bil-mod kif ir-Regolament ta' bażi jikkonferixxi lill-Kummissjoni ċertu marġni ta' diskrezzjoni fl-istabbilliment ta' l-ammont ta' l-għajnuna, huwa impossibli li tiddetermina fiċ-ċert l-impatt li kien ser ikun hemm fuq l-ammont għall-għajnuna, li kieku l-prezz li suppost tħallas lill-produtturi Ċiniżi tat-tadam ittieħed in kunsiderazzjoni. L-Artikolu 4(1), ma jistabbilixxix li l-għajnuna għal produzzjoni trid tkun daqs id-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali. Iżda jistabbilixxi biss limitu massimu.

75     F'dan ir-rigward, huwa tajjeb li jissemma li l-fatt li l-Kummissjoni setgħet fil-passat tiffissa l-ammont ta' l-għajnuna f'livell li jirrifletti eżattament id-differenza bejn il-prezz minimu mħallas mill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi prinċipali produtturi u esportaturi ma jobbligahiex bl-ebda mod li żżomm l-għajnuna fuq dan il-livell. L-istess tkun qed tmur kontra l-iskop tar-Regolament ta' bażi jekk il-Kummissjoni ma tieħux in kunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-swieq internazzjonali u toħloq f'eventwalità bħal din aktar diffikultà għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti komunitarji.

76     Ir-rikorrenti ma jistgħux jinvokaw dritt għall-għajnuna massima li hi ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produtturi fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima tal-pajjiżi terzi prinċipali wara li jittieħdu in kunsiderazzjoni l-prezzijiet Ċiniżi.

77     Fl-istess ħin, id-dannu kkalkulat mir-rikorrenti u dettaljat fl-iskeda ta' l-Anness A.27 mar-rikors m'hemmx għalfejn ikollu karattru ċert.

78     Peress li l-kundizzjonijiet kollha flimkien li jwasslu għar-responsabbiltà ekstrakuntrattwali tal-Komunità ma ġewx sodisfatti, ir-rikors għandu jiġi miċħud.

 Fuq l-ispejjeż

79     Skond l-Artikolu 87 (3), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista' taqsam l-ispejjeż minħabba raġunijiet eċċezzjonali. Għalkemm ir-rikorrenti tilfu, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni, għad-deċiżjoni ta' l-ispejjeż, li l-komportament tal-konvenuti, ma jikkonformax mad-dritt komunitarju.

80     Il-Qorti tal-Prim'Istanza għalhekk ser tagħmel apprezzament xieraq taċ-ċirkustanzi tal-każ billi tiddeċiedi li r-rikorrenti għandom ibatu ħames partijiet minn sitta ta' l-ispejjeż u li l-Kummissjoni tbati parti waħda mis-sitt partijiet ta' l-ispejjeż flimkien ma' l-ispejjeż propji tagħha.

Għal dawn ir-raġunijiet,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (it-Tielet Awla)

taqta' u tiddeċiedi:

1)      Ir-rikors huwa miċħud.

2)      Ir-rikorrenti għandhom ibatu ħames partijiet minn sitta ta' l-ispejjeż u l-Kummissjoni tbati parti waħda mis-sitt partijiet ta' l-ispejjeż flimkien ma' l-ispejjeż proprji tagħha.

Azizi

Dehousse

Cremona

Hekk ġie deċiż f'seduta pubblika fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Marzu 2005.

H. Jung

 

       J. Azizi

Reġistratur

 

       President


* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.


1 – Rikors, punti 79 u 80.


2 – Replika, punti 15 u 19.


3 – Rikors, punti 11 u 81.


4 – Rikors, punt 67 u replika, punt 5.


5 – Rikors, punti 82 u 83.


6 – Risposta, punti 23 u 24.


7 – Risposta, punti 12, 20 u 21.


8 – Risposta, punti 12 u 22.


9 – Risposta, p unti 12 u 40.


10 – Risposta, punt 30.


11 – Risposta, punti 34 u 35.


12 – Risposta, punt 31.


13 – Risposta, punti 44 u 45.


14 – Risposta, punt 46.


15 – Risposta, punti 47 u 48.


16 – Replika, punt 76.


17 – Rikors, punti 127 sa 129.


18 – Rikors, punt 131.


19 – Risposta, punti 62 u 63.


20 – Risposta, punti 64 u 65.