Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża T-72/12)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Annullament tal-atti kkontestati – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Mellat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla, Z. Burbeza, solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn l-isem tar-rikorrenti inżamm fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Provincial Investment Companies Association, Saba Tamin Investment Company, Common Investment Fund (Pars Fund), Shirin Asal Food Industrial Group, Sorbon Industrial Production Group u Individual Stock Association.

Bank Mellat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Provincial Investment Companies Association, Saba Tamin Investment Company, Common Investment Fund (Pars Fund), Shirin Asal Food Industrial Group, Sorbon Industrial Production Group u Individual Stock Association għandhom ibatu l-ispejjeż individwali tagħhom.

____________

1  ĠU C 109, 14.4.2012.