Language of document : ECLI:EU:T:2015:640

Kawża T‑550/14

Volkswagen AG

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMPETITION – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015

1.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali COMPETITION

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 12)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 13)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 14-17)

4.      Ma għandux karattru distintiv, skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, is-sinjal verbali COMPETITION, li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal “Vetturi tal-art bil-mutur u l-parts tagħhom” li jaqgħu fil-klassi 12 skont il-Ftehim ta’ Nice, għal “Mudelli ta’ vetturi fi proporzjon fiss għad-daqs reali, mudelli ta’ karozzi fi proporzjon fiss għad-daqs reali u karozzi tal-logħob” li jaqgħu fil-klassi 28, għal “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut jew bil-grossa ta’ vetturi awtomobbli, parts ta’ vetturi awtomobbli u aċċessorji ta’ vetturi awtomobbli” li jaqgħu fil-klassi 35 u għal “Konverżjoni, tiswija, servizz ta’ manutenzjoni [...] fuq vetturi, magni u l-parts korrispondenti tagħhom” li jaqgħu fil-klassi 37. Fil-fatt, l-imsemmi sinjal verbali, kompost minn kelma waħda, komuni fl-Ingliż u fil-Franċiż, li tindika b’mod evidenti prodott jew servizz intiż għall-kompetizzjoni u, konsegwentement, li huwa ta’ kwalità eċċellenti, għandha karattru ta’ tifħir ta’ natura pubbliċitarja, li l-funzjoni tagħha hija li tenfasizza l-kwalitajiet pożittivi tal-prodotti u tas-servizzi li għall-preżentazzjoni tagħhom hija tintuża. F’dan ir-rigward, hija immedjatament ipperċepita mill-pubbliku rilevanti, ikkostitwit mill-konsumaturi anglofoni u frankofoni, bħala messaġġ ta’ tifħir ta’ natura promozzjonali, li jindika li l-prodotti u s-servizzi kkonċernati jippreżentaw, għall-konsumatur, vantaġġ fir-rigward ta’ kwalità meta mqabbla ma’ prodotti u servizzi kompetituri. Barra minn hekk, is-sinjal verbali COMPETITION, anki bħala terminu promozzjonali, ma huwiex suffiċjentement oriġinali jew rikk b’tifsiriet sabiex jirrikjedi sforz minimu ta’ interpretazzjoni, ta’ riflessjoni jew ta’ analiżi min-naħa tal-pubbliku rilevanti, sabiex dan ikun jista’ jassoċjah immedjatament mal-prodotti u servizzi kkonċernati.

Minn dan isegwi li l-imsemmi sinjal la jippermetti lill-pubbliku rilevanti li jidentifika l-oriġini tal-prodotti u servizzi kkonċernati, u lanqas li jiddistingwihom minn dawk ta’ impriżi oħrajn u li, għaldaqstant, huwa ma għandux karattru distintiv.

(ara l-punti 20, 23, 24, 36, 39)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41-45)