Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-549/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Castello – Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Castelló – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos u D. Botis, sussegwentement D. Botis, u finalment D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar u Lidl Stiftung & Co.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni f’dak li jikkonċerna l-frott u l-ħxejjex iffriżati li jidħlu fil-klassi 29 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u mibdul.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Lidl Stiftung & Co. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-EUIPO.

L-EUIPO għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 351, 06.10.2014