Language of document : ECLI:EU:T:2022:438


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat13 ta’ Lulju 2022 –
Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (TALIS)

(Kawża T283/21) (1)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TALIS – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tbiddel id-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punti 18, 85 sa 87)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant li jkun aġixxa in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Għarfien min-naħa tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili – Intenzjoni tal-applikant – Oriġini u użu tas-sinjal ikkontestat – Loġika kummerċjali li hija l-bażi tar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 29 sa 37)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant li jkun aġixxa in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Trade mark verbali TALIS

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 70, 79 sa 81)

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat‑23 ta’ Marzu 2021 (Każ R 888/2020‑4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Edvin Pejovič għall-finijiet ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

ETA živilska industrija d.o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


1 ĠU C 278, 12.7.2021.