Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2015 – Meyer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/14) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Rifjut tal-allowance għall-ulied dipendenti – Artikolu 2(3)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Wild ta’ età bejn it-18-il-sena u 26 sena li jirċievi taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali – Allowance tal-edukazzjoni – Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Wild li regolarment u full time jiffrekwenta stabbiliment ta’ tagħlim – Interruzzjoni tal-istudji – Rikors manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ronald Meyer (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: H.-R. Ilting, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa waħda, it-talba ta’ annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax, mill-1 ta’ Setembru 2013, l-allowance għall-ulied dipendenti, peress li l-wild tiegħu ma segwiex attività rrikonoxxuta bħala “taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali” skont l-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, li tikkundanna lill-persuna li timpjegah sabiex tkompli tħallsu din l-allowance, u li tirrimborsalu l-ispejjeż kollha mediċi għall-wild tiegħu, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Settembru 2013.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.R. Meyer għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.