Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Group Nivelles vs UASI – Easy Sanitairy Solutions (Drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)

(Kawża T-15/13)1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn irreġistrat li jirrappreżenta drejn għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa – Disinn preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Novità – Karattru individwali – Karatteristiċi viżibbli tad-disinn preċedenti – Prodotti inkwistjoni – Artikoli 4 sa 7, 19 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Group Nivelles (Gingelom, il-Belġju) (rappreżentant: H. Jonkhout, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Easy Sanitairy Solutions BV (Losser, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Eijsvogels, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2004/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn I-drain BVBA u Easy Sanitairy Solutions BV.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2004/2010-3) hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Group Nivelles u minn Easy Sanitairy Solutions BV.