Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/10) 1

(“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Resider II – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 134, 22.5.2010.