Language of document : ECLI:EU:T:2017:618





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T104/10)

“Rikors għal annullament – FEDER – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Resider II – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 61, 62)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))

(ara l-punti 69, 72)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1995) 2529, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II tal-Land Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(1995) 2529, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II tal-Land Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.