Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' April 2010 - Il-Parlament vs U

(Kawża T-103/10 P(R))1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta' tkeċċija - Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mogħti fi proċeduri għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Appellat: U (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta' Diċembru 2009, U vs Il-Parlament (F-92/09 R, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta' Diċembru 2009, U vs Il-Parlament (F-92/09 R, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) huwa annullat.

It-talba għal miżuri provviżorji mressqa minn U hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.