Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' April 2010 - Il-Parlament vs U

(Kawża T-103/10 P(R)-R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta' tkeċċija - Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mogħti fi proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Konvenut: U (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Suġġett

Talba intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta' Diċembru 2009, U vs Il-Parlament (F-92/09 R, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji mressqa mill-Parlament Ewropew.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________