Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2011 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jerġa' jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta' uffiċjal, ikkalkulata mill-1 ta' Awwissu 2003, kif ukoll tad-danni u interessi, kollox flimkien ma' interessi moratorji kkalkulati bir-rata ta' 7 % fis-sena mill-1 ta' Awwissu 2003.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta' Ottubru 2010, li permezz tagħha inċaħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fis-6 ta' Lulju 2010 kontra deċiżjoni impliċita meqjusa li ttieħdet fil-15 ta' April 2010 u li ċaħdet it-talba li tressqet mir-rikorrent fil-15 ta' Diċembru 2009, sabiex jerġa' jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u li jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta' uffiċjal, ikkalkulata mill-1 ta' Awwissu 2003, kif ukoll tad-danni u interessi, kollox flimkien ma' interessi moratorji kkalkulati bir-rata ta' 7% fis-sena mill-1 ta' Awwissu 2003;

jannulla, safejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni impliċita li l-Awtorità tal-Ħatra hija meqjusa li adottat fil-15 ta' April 2010, safejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent iċċitata iktar 'il fuq, imressqa fil-15 ta' Diċembru 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, bħala danni u interessi, somma li tikkorrispondi għall-pagi ta' uffiċjal li hu kien imċaħħad minnhom inġustament, sa mill-1 ta' Awwissu 2003, b'mod prinċipali u aċċessorju, barra minn somma ta' EUR 50,000, kollox flimkien ma' interessi moratorji kkalkulati mill-1 ta' Awwissu 2003, bir-rata ta' 7% fis-sena;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________