Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill

(Kawża T-693/13) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni kkonċernati – Ġurnalist – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussj) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 69), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni hija miċħuda.

Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil A. Mikhalchanka:

–    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja;

–    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn A. Mikhalchanka.

____________

1 ĠU C 93, 29.3.2014.