Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 – MHCS vs UASI - Ambra (DORATO)
(Kawża T-249/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MHCS (Epernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L-E. Balleydier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ambra S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara ammissibbli dan l-appell u d-dokumenti mehmuża;
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell;
tikkundanna lill-UASI u l-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ tikketta għall-għonq ta’ flixkun u l-element verbali “DORATOˮ għal prodotti fil-kassi 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 131 228
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ tikketta għall-għonq ta’ flixkun għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.