Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2013 – Innovation First vs UASI (NANO)

(Kawża T-379/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Innovation First, Inc. (Greenville, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tad-19 ta’ April 2013 mogħtija fil-Każ Nru R 1271/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “NANO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°9 157 421Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 75 u 37(3) tar-Regolament Nru°207/2009, tar-Regola 50(2)(h) tar-Regolament Nru°2868/95 kif ukoll tal-Artikoli 76 u 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.