Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 – Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)

(Kawża T-382/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 430/2012-1, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “MARGARITAS” għall-prodotti li ġejjin: ħelu, pasti, penit, ġuġù, ħelu tal-gomma, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lolipops, tofì, mustardini, zokkor, ċikkulata, kawkaw;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MARGARITAS” għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 261 105

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati:ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-kelma “MARGARITA” ma għandhiex karattru deskrittiv;ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress illi l-kelma “DAISY” ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika essenzjali tal-prodott;ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-frażi “MARGARITA” għandha karattru distintiv b’referenza għal prodotti tal-ħelu