Language of document : ECLI:EU:T:2015:149





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Marzu 2015 –

ultra air vs UASI Donaldson Filtration Deutschland (ultra.air ultrafilter)

(Kawża T‑377/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaldità – Trade mark Komunitarja verbali ultra.air ultrafilter – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 15, 16)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark Komunitarja verbali ultra.air ultrafilter (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 17-25, 27)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75(1)) (ara l-punt 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Donaldson Filtration Deutschland GmbH u ultra air GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011‑4) hija annullata sa fejn din tikkonċerna s-sistemi ta’ kontroll tal-ħin.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ultra air GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-UASI u minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH.