Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2010 - Arrieta D. Gross vs UASI - Toro Araneda (BIODANZA)

(Kawża T-298/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christina Arrieta D. Gross (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-P. Ewert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rolando Mario Toro Araneda (Santiago de Chile, iċ-Ċilì)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' April 2010 fil-Każ R 1149/2009-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "BIODANZA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 44

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Ġermaniża Nru 2905152 tat-trade mark verbali "BIODANZA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Daniża Nru VA 199500708 tat-trade mark verbali "BIODANZA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati u applikazzjoni milqugħa għall-bqija tal-prodotti kkonċernati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:Appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kolla kemm hi.

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li r-rikorrenti ma wrietx li t-trade mark preċedenti kienet tintuża b'mod ġenwin fi Stat Membru li fih it-trade mark nazzjonali preċedenti kienet protteta għall-użu fil-Komunità.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regola 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jitlob lir-rikorrenti sabiex tipproduċi l-provi neċessarji kif kien obbligat li jagħmel.

____________