Language of document : ECLI:EU:T:2012:106





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑453/10)

“Rikors għal annullament — FAEGG, FAEG u FAEŻR — Infiq magħmul mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq — Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Awtorità reġjonali — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR — Rikors ippreżentat minn entità reġjonali li tibbenefika mill-imsemmi finanzjament u li taġixxi bħala Awtorità ta’ Ġestjoni tal-Fondi pperċepiti — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 39, 42-57, 65)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/399/UE, tal-15 ta’ Lulju 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Garanzija (FAEG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 184, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development huwa kkundannat għall-ispejjeż.