Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 taʼ April 2013 – Gbagbo vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Iffriżar ta’ fondi – Adattament tat-talbiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Drittijiet tad-difiża – Dritt għall-proprjetà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Gbagbo (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Eworpea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti) ; u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Simone Gbagbo għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.