Language of document : ECLI:EU:T:2014:507





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2014 –

Klingel vs UASI – Develey (JUNGBORN)

(Kawża T‑401/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali JUNGBORN – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BORN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali JUNGBORN u BORN (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22-24, 30, 35, 36)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2012 (Każ R 936/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Develey Holding GmbH & Co. Beteiligungs KG u Robert Klingel OHG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Robert Klingel OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.