Language of document : ECLI:EU:T:2007:183





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Ġunju 2007 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/04 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 1429/2004 – Organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid – Sistema ta’ l-użu ta’ ismijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli jew tas-sinonimi tagħhom – Limitazzjoni ta’ l-użu fiż-żmien – Talba li ma għadx għandha skop”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – “Fumus boni juris” – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikolu 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-23)

2.                     Proċedura għal miżuri provviżorji – Interess ġuridiku (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 26, 33-34)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, prinċipalment, għall-kisba tas-sospensjoni, sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-23/07 u C-24/07, ta’ l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjoni li tillimita sal-31 ta’ Marzu 2007 d-dritt li tintuża d-denominazzjoni “tocai friulano”, liema dispożizzjoni tinsab taħt il-forma ta’ nota ta’ spjegazzjoni fil-punt 103 ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/2004, tad-9 ta’ Awwissu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni ta’ l-oriġini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid (ĠU L 263, p.11), u, sussidjarjament, is-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-istess dispożizzjoni fit-territorju tar-Repubblika Taljana, sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-23/07 u C-24/07, flimkien ma’ projbizzjoni ta’ esportazzjoni tal-produzzjoni fil-Komunità u bla ħsara għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-inbid li għandu d-denominazzjoni “tokaj” ta’ produzzjoni Ungeriża jew ta’ l-inbejjed omonimi li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija aċċettata fl-Italja u fil-Komunità.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.