Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Mejju 2009 - VIP Car Solutions vs Il-Parlament

(Kawża T-89/07)1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Trasport tal-membri tal-Parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta' sessjoni fi Strasburgu - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni - Rifjut tal-komunikazzjoni tal-prezz propost mill-offerent magħżul - Rikors għad-danni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: VIP Car Solutions SARL (Hoenheim, Franza) (rappreżentanti: G. Welzer u S. Leuvrey, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Petersheim u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament irrifjuta li jagħti lir-rikorrenti l-kuntratt li kien is-suġġett tal-proċedura ta' sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1, dwar it-trasport tal-membri tal-Parlament fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta' sessjoni fi Strasburgu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti lil VIP Car Solutions SARL il-kuntratt li kien is-suġġett tal-proċedura ta' sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1 hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 117, 29.5.2007.