Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Marzu 2007 - Gabel Industria Tessile vs L-UASI- Creaciones Garel (GABEL)

(Kawża T-85/07)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gabel Industria Tessile S.p.A (Rovellasca, l-Italja) (rappreżentant: A.Petruzzelli, Avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Creaciones Garel S.A.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Jannar 2007, innotifikata fid-29 ta' Jannar 2007, safejn din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, Gabel, Nru 3754777 għall-klassi 24, billi mhijiex konformi ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 40/94;

tikkonferma d-deċiżjoni ta' l-istess Bord ta' l-Appell li ssir ir-reġistrazzjoni tat-trade mark fil-klassi 25 għal "lbies tal-banju";

tordna lill-UASI jirreġistra t-trade mark Komunitarja Gabel Nru 3754777 għall-klassi 24 u għall-prodotti li jinsabu f'din il-klassi, kif ukoll għal "lbies tal-banju" fil-klassi 25;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "GABEL" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.754.777), għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Creaciones Garel S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja "GAREL", għal prodotti fil-klassijiet 24, 25 u 26.

Deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni ta l-Bord ta' l-Appell: Laqa' parzjalment l-appell, sa fejn ir-reġistrazzjoni tat-trade mark issir għal "lbies tal-banju" (klassi 25).

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________