Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 - Scil Proteins vs L-UASI - Indena (affilene)

(Kawża T-87/07)

Lingwa tar-rikors: L- Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scil Proteins GmbH (Halle, Il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Dalichau, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Indena SpA (Milan, L-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut tat-23 ta' Jannar 2006, u d-deċiżjoni b'korriġendum tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-31 ta' Jannar 2007, Każ R 10/2006-2, in kwantu l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti "estratti minn pjanti mediċinali għall-użu fl-[...] industriji tal-kosmetiċi u ta' l-ikel, u mhux għal skopijiet ta' dijanjosi";

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Scil Proteins

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "affilene" għal prodotti fil-Klassi 1 - Applikazzjoni Nru 2 751 931

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja "AFFILIN" għal prodotti fil-Klassijiet 1 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks in kwistjoni huma simili u jistgħu joħolqu konfużjoni anki fir-rigward tal-prodotti li għalihom il-Bord ta' l-Appell approva r-reġistrazzjoni.

____________