Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 - Gabel Industria Tessile vs L-UASI - Creaciones Garel (GABEL)

(Kawża T-85/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali GABEL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAREL - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Portata ta' l-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord ta' l-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fl-intier tiegħu - Artikolu 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gabel Industria Tessile SpA (Rovellasca, l-Italja) (rappreżentant: A. Petruzzelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Creaciones Garel, SA (Logroño, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' Jannar 2007 (Każ R 960/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Creaciones Garel, SA u Gabel Industria Tessile SpA.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta' Jannar 2007 (Każ R 960/2006-2) hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Gabel Industria Tessile SpA u l-UASI għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 117, 26.5.2007.