Language of document : ECLI:EU:T:2008:577





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Deichmann‑Schuhe vs UASI – Design for Woman (DEITECH)

(Kawża T-86/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DEITECH – Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti DEI-tex – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 36, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG u Design for Woman SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Design for Woman SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva DEITECH għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 3378643

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG

Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks figurattivi Ġermaniża u internazzjonali DEI-tex għall-prodotti fil-klassi 25, peress li l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tirrigwarda r-reġistrazzjoni f’din il-klassi

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2), hija parzjalment annullata sa fejn hija ssostni li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti ma ġietx stabbilita għal dak li jirrigwarda ż-“żraben”, li jaqgħu fil-klassi 25, koperti mill-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.