Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 - Deichmann-Schuhe vs UASI - Design for Woman (DEITECH)

(Kawża T-86/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DEITECH - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti DEI-tex - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment O. Rauscher, sussegwentement O. Rauscher u A. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Design for Woman SA (Bogotá, il-Kolombja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG u Design for Woman SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2) hija parzjalment annullata safejn hija ssostni li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti ma ġietx stabbilita għal dak li jirrigwarda ż-"żraben", li jaqgħu taħt il-klassi 25, koperti mill-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 117, 26.5.2007