Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2012 - Ecka Granulate u non ferrum Metallpulver vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/09)

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta' Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Prinċipju ta' legalità tar-reati u tal-pieni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 -Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Kapaċità kontributorja")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ecka Granulate GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja); u non ferrum Metallpulver GmbH & Co. KG (St. Georgen bei Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment H. Janssen u M. Franz, sussegwentement H. Janssen u P. Homann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, K. Mojzesowicz u N. von Lingen, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u G. Kimberley, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 - reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industrija tal-azzar u tal-gass) safejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ECKA Granulate GmbH & Co. KG u non ferrum Metallpulver GmbH & Co. KG għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 297, 5.12.2009.