Language of document : ECLI:EU:T:2012:675





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Ecka Granulate u non ferrum Metallpulver vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑400/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 —Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità - Kapaċità kontributorja”

1.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni permezz ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 — Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49 (1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 25-34)

2.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Possibbiltà ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kapaċità kontributtiva reali ta’ impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Illegalità — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 40-46, 48-51)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Emenda tal-linji gwida għal kalkolazzjoni tal-multi — Obbligu tal-Kummissjoni li timxi mal-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23 (2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03 u 2006/C 210/02) (ara l-punti 59, 60)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni tal-impriża implikata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti mill-impriża kkonċernata — Limiti (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23 (2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 62, 65-67)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Akkordju limitat għal setturi ta’ attivitajiet wieħed tal-impriża kkonċernata u l-assenza ta’ ksur preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 28 u 29) (ara l-punti 70, 71)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Implementazzjoni ta’ programm ta’ konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni — Probabbiltà żgħira ta’ reċidiva — Teħid inkunsiderazzjoni mhux obbligatorju (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23 (2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 79, 80)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 85-90)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja negattiva tal-impriża kkonċernata — Assenza — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 94-100, 112, 114, 115)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 - Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industrija tal-azzar u tal-gass) sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ECKA Granulate GmbH & Co. KG u non ferrum Metallpulver GmbH & Co. KG għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.