Language of document : ECLI:EU:T:2013:647





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2013 –
HSE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑399/09)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Preżunzjoni tal-innoċenza – Multi – Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi għall-2006 – Ċirkustanzi attenwanti – Ksur imwettaq minħabba negliġenza – Ksur awtorizzat jew imħeġġeġ mill-awtoritajiet pubbliċi”

1.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligu tal-kumpannija parent li tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ tmexxija fuq is-sussidjarja tagħha (Artikoli 81 KE u 82 KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 11-16)

2.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur imwettaq minn impriża – Imputazzjoni fuq impriża oħra fid-dawl tar-rabtiet ekonomiċi u legali li jagħqduhom – Oneru tal-prova tal-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 29)

3.                     Akkordji – Impriża – Kunċett – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 30-32, 34-36, 38, 51, 53, 54, 59, 80, 84-86, 100)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni – Applikabbiltà – Grad tas-saħħa probatorja mitluba mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 107-109)

5.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Natura dissważiva tal-multa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Applikazzjoni ta’ perċentwali identika għall-parteċipanti kollha f’akkordju – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 u 25) (ara l-punti 124, 125, 131, 132)

6.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità u tul tal-ksur – Ksur imwettaq minn diversi imprizi – Gravità li għandha tiġi evalwata individwalment (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 135)

7.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettieq intenzjonali – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))(ara l-punti 140-142)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 − Karbur tal-Kalċju u riaġenti bbażati fuq il-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holding Slovenske elektrarne d.o.o. (HSE) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.