Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2009 - Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-arja - Deroga mogħtija lil Stat Membru - Rifjut ta' reviżjoni mill-Kummissjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, W. Roels u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Suġġett

Talba, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2009) 6121, tat-28 ta' Lulju 2009, li tiddikkjara inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża għal reviżjoni mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas-7 ta' April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi tiegħu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u, min-naħa l-oħra, għal miżuri provviżorji li jġegħlu lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi josserva l-obbligi tiegħu mill-iktar fis.

Dispożittiv

1)    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________