Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – Comune di Lerici vs Provincia di La Spezia

(Kawża C-719/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Comune di Lerici

Appellat: Provincia di La Spezia

Domanda preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi konċentrazzjoni ta’ kumpanniji ta’ servizzi pubbliċi lokali b’interess ekonomiku, li b’riżultat tagħha l-operatur kummerċjali li jissostitwixxi lill-konċessjonarju inizjali wara tranżazzjonijiet kummerċjali mwettqa permezz ta’ proċeduri trasparenti, inklużi konċentrazzjonijiet jew xiri, ikompli bil-provvista tas-servizzi sad-data stabbilita, fil-każ li:

(a) il-konċessjonarju inizjali jkun kumpannija li tingħata l-kuntratt in house abbażi ta’ kontroll simili fejn diversi awtoritajiet pubbliċi oħra huma azzjonisti f’dik il-kumpannija?

(b) l-operatur kummerċjali l-ġdid ikun intgħażel permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika?

(ċ) b’riżultat tal-konċentrazzjoni r-rekwiżiti ta’ kontroll simili fejn diversi awtoritajiet pubbliċi oħra huma azzjonisti f’dik il-kumpannija ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward ta’ xi wħud mill-awtoritajiet lokali li oriġinarjament taw il-kuntratt għal servizzi inkwistjoni?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU L 275, 20.10.2015, p. 68.