Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 – Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi termiċi ESBO/esters – Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Multi – Talba għal annullament – Drittijiet tad-difiża – Informazzjoni tardiva tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – Tul tal-proċedura amministrattiva – Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha – Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti – Tul tal-ksur – Preskrizzjoni – Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur li seħħ fil-passat – Multi imposti fuq il-kumpannija parent ta’ ammont differenti minn dawk imposti fuq is-sussidjarja – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery, S. Thibault-Liger, A. Noël-Baron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, J. Bourke u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 100, 17.04.2010.