Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fl-20 ta’ April 2022 – Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI) vs Victoria Seguros S.A.

(Kawża C-264/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fonds de Garantie des Victimes des Actes de Terrorisme et d’Autres Infractions (FGTI)

Konvenut: Victoria Seguros S.A.

Domanda preliminari

Il-liġi applikabbli għar-regoli ta’ preskrizzjoni tad-dritt għal kumpens hija dik tal-post fejn seħħ l-inċident (il-liġi Portugiża), flimkien mal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 15(h) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) 1 ; jew, fis-sitwazzjoni ta’ surroga fid-drittijiet tal-persuna leża, hija applikabbli l-“liġi tal-persuna terza” ssurrogata (il-liġi Franċiża), fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament “Ruma II”?

____________

1     ĠU 2007, L 199, p. 40.