Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 - Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Verbist u D. de Keuster, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji magħmula fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti mnedija mill-Kummissjoni għall-kostruzzjoni ta' bini.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________