Language of document :

Appell imressaq fil-21 ta' Mejju 2008 minn Carina Skareby kontra s-sentenza mogħtija fis-6 ta' Marzu 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-46/06, Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carina Skareby (Leuven, Il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fis-6 ta' Marzu 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, fil-kawża F-46/06;

tilqa' t-talbiet għal annullament u għal danni ppreżentati mill-appellanti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-6 ta' Marzu 2008, mogħtija fil-kawża Skareby vs Il-Kummissjoni, F-46/06, li tiċħad r-rikors li bih hija titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tagħha għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni.

In sostenn ta' l-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq żbalji manifesti ta' evalwazzjoni (punti 66, 98 u 113 tas-sentenza appellata) u fuq żnaturament ta' element ta' prova (punt 68).

____________