Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Environmental Manufacturing vs UASI - Wolf (Rappreżentazzjoni ta' ras ta' lupu)

(Kawża T-570/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta' lupu - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant : N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Environmental Manufacturing LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 63, 26.02.2011